Mall-wasla tiegħu fil-parroċċa bħala kappillan fl-1991, P. Amadeo Zammit wera l-ħsieb li jsir xi kors fuq il-Bibbja. Għalhekk f’Jannar tal-1992 nieda l-ewwel kors, fejn stieden lil Rev. Profs P.P. Zerafa OP biex tana ‘Introduzzjoni għall-Bibbja’. F’Jannar tas-sena ta’ wara reġa' sar kors iehor. Hawnhekk inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf grupp biex il-laqgħat dwar il-Bibbja jibqgħu jsiru regolari matul is-sena kollha u mhux f’Jannar biss.
Wara kuntatt ma’ l-Għadqa Biblika Maltija twaqqaf il-Grupp EBDA (Edukazzjoni Biblika Dejjiema għall-Adulti). Bħalma juri l-isem, l-għan kien biex titkabbar l-imħabba lejn il-Kotba Mqaddsa billi jiġi mogħti tagħrif u tifsir tal-kotba tal-Bibbja. B’hekk wieħed jifhem aħjar is-siltiet li jaqra jew jisma’ u jkun jista' juża il-Bibbja bħala l-gwida għall-ħajja spiritwali tiegħu.
Matul dawn is-snin saru diversi korsijiet b’tema partikulari tal-Bibbja. Diversi kelliema li huma midħla sew f’dawn l-oqsma ġew mistiedna biex imexxu dawn il-laqgħat. Huwa maħsub li jsiru aktar
Il-Grupp jieħu ħsieb iċ-ċerimonja tal-ftuħ li ssir għal-wirja tal-mejda ta’ l-appostli u l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Waqt din iċ-ċerimonja jsir qari mill-Bibbja, kant tas-Salmi u tingħata spjega ta’ meta, kif, u għalfejn għandha ssir din ‘l-ikla’. Kemm il-Grupp Neokatekuminali kif ukoll il-Grupp tal-Abbatini jagħtu s-sehem tagħhom f’din iċ-ċerimonja.
Il-laqgħat tal-Grupp Bibliku jsiru kull nhar ta’ ERBGĦA fis-sebgħa ta’ filgħaxija, fiċ-ċentru parrokkjali. Il-laqgħa hija bbażata fuq il-LECTIO DIVINA.
Il-metodu tal-Lectio Divina huwa dan:
Issir talba lill-Ispirtu s-Santu sabiex jagħtina l-għajnuna
1. Tinqara silta mill-Bibbja - ġeneralment tkun is-silta tal- evanġelu tal-Ħadd ta’qabel.
2.
Titfittex kelma jew frażi li tkun laqtitek mis-silta.
Taqra jew tiftakar siltiet oħra mill-Bibbja li jfakkruk jew li
għandhom x’jaqsmu mas-silta.
Tfittex x’messaġġ għandu Alla għalik f’dik is-silta li qrajt.
3. Isir talb imqanqal mis-silta.
Talba ta’ l-aħħar.
Korsijiet li saru:
Introduzzjoni għall-Bibbja |
Prof. P.P. Zerfa OP |
Ġenesi |
Dun Anton Abela P. Sandro Vella OCarm |
Il-Ktieb ta’ Job |
P. Sandro Vella OCarm |
Il-Ktieb tas-Salmi |
P. Sandro Vella OCarm |
L-evanġelu skond San Mattew |
|
L-evanġelu skond San Mark |
P. Donat Spiteri ofm cap |
L-evanġelu skond San Luqa |
P. Gwido Schembri ofm |
L-evanġelu skond San Ġwann |
P. Albert Brincat OCarm |
Atti ta’ l-Appostli |
|
L-ittra ta’ San Pawl |
|
Kors ta’ kultura biblika |
P. Donat Spiteri ofm cap |
L-Art Mqaddsa fil-kuntest bibliku |
P. Gwann Abela ofm |
Kors ta’ introduzzjoni |
Maria Pia Gauci |
Nisa fil-Bibbja |
Maria Pia Gauci |
L-Aħħar Ċena |
P. Sandro Vella OCarm |
Introduzzjoni għall-Bibbja |
|
Korsijiet bit-tema ‘Introduzzjoni għall-Bibbja’ isiru
Kemm il-laqgħat kif ukoll il-korsijiet huma miftuħa għall-kulħadd. Min irid jista’ jattendi għall-laqgħa fil-ġurnata li ssir jew meta jkun ser jibda kors.