Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

GĦAQDIET

Sistema ta’ Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġeliżżazjoni

Fil-Fgura għandna erbgħa Ċelloli li jiltaqgħu għal-Laqgħa ta’ Talb darba fil-ġimgħa. Il-Laqgħa ssir fid-dar tal-leader li tmexxiha.  Tlieta minn dawn iċ-Ċelloli jiltaqgħu kull nhar ta’ Erbgħa filgħodu, waqt li l-oħra jiltaqgħu nhar ta’ Erbgħa filgħaxija.

Kull Ċellola jkolla sa tnax-il membru, jekk dawn jiżdiedu iċ-Ċellola timmoltiplika.  Waqt il-laqgħat ikun hemm Seba’ Mumenti li huma:

  • Talb u Kant
  • Qsim ta’ Esperjenzi
  • Teaching fuq CD mill-Kappillan
  • Riflessjoni fuq it-Teaching
  • Aħbarijiet u Avviżi
  • Interċessjoni għall-Oikos
  • Talb ta’ Fejqan
    Din il-laqgħa tieħu madwar siegħa u nofs.  L-għan taċ-Ċellola huwa:
  • Biex nikbru fl-intimità mal-Mulej
  • Biex nikbru fl-imħabba ta’ xulxin
  • Biex naqsmu lil Ġesù ma’ l-oħrajn
  • Biex naqdu l-Ġisem ta’ Ġesù li hu l-Knisja
  • Biex nagħtu u nirċievu support
  • Biex inqajmu mexxejja ġodda
  • Biex napprofondixxu l-identità Kattolika tagħna

Din is-sistema ta’  Ċelloli Parrokkjali hija metodu kif nevanġeliżżaw lill Oikos tagħna.  L-Oikos hu magħmul mill-qraba li ngħixu magħhom, mill-ġirien li niltaqgħu magħhom spiss, mill-kollegi ta’ l-iskola jew ta’ fuq il-post tax-xogħol u mill-ħbieb.

Mela biex wieħed jattendi waħda minn dawn iċ-Ċelloli hemm dawn it-tlett modi:

  • Dawk li jattendu l-parroċċa, jgħatu isimhom lill-mexxej taċ-Ċellola.  Huwa jagħmlilhom żjara u jipprova jaqsam magħhom l-Evanġelju.
  • Dawk li jiġu ġodda fil-Parroċċa, jimlew card u jintalbu jattendu fiċ-Ċellola fl-inħawi ta’ fejn joqgħodu.
  • Membri taċ-Ċellola jistiednu lill-membri tal-Oikos tagħhom għaċ-Ċellola.

Iċ-Ċelloli huma miftuħa għal nies ta’ kull tip.  Din is-sistema hija parrokkjali għaliex tappartiejeni lil parroċċa fejn ir-Ragħaj tagħha huwa l-Kappillan li jmexxiha permezz ta’ Ċellola Eżekuttiva oħra iffurmata mid-Diretturi u Leaders ta’ Ċellola.

 

Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet