GĦAN:
Permezz ta’ l-imħabba konkreta l-Moviment jistinka biex isseħħ it-talba ta’ Ġesù lill-Missier:
“Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17, 21). Din l-ispiritwalità ta’ l-unità tfittex li ġġib tiġdid spiritwali u soċjali f’diversi oqsma tal-ħajja permezz tal-membri tagħha fokolarini u volontari u oħrajn, maskili u femminili permezz ta’ laqgħat fosthom il-Mariapoli (annwali), u ta’ l-istrutturi tagħha fosthom:
A. Movimenti ta’ massa:
B. Ħames Djalogi: (kuntatti u ħidma flimkien)
1. Fil-Knisja Kattolika, speċjalment ma’ assoċjazzjonijiet ekkleżjali oħra;
2. Fost Knejjes insara oħra (Anglikani, Ortodossi, eċċ - Ekumeniżmu).
3. Ma’ reliġjonijiet kbar oħra (Islam, Buddiżmu, Ġudaiżmu, Ħinduiżmu).
4. Ma’ nies ta’ bla twemmin li għandhom rieda tajba;
5. Mal-kultura: l-ekonomija/xogħol; il-politika, l-arti, is-saħħa, l-edukazzjoni, mass media, eċċ. (permezz ta’ strutturi speċifiċi, pereżempju : l-Ekonomija ta’ Komunjoni, Moviment Politiku għall-Unità, Net-One, eċċ.; permezz ta’ kungressi internazzjonali; u bil-publikazzjonijiet varji.)
XI PROĠETTI LOKALI L-IŻJED REGOLARI:
KUNTATTI:
Il-Moviment hu mmexxi internazzjonalment mill-President, Maria Voce (Emmaus), eletta wara l-mewt ta’ Chiara Lubich. F’Malta dawk responsabbli huma d-delegati tagħha: Caroline Busuttil u Andrew Spiteri.
1. Internazzjonali: www.focolare.org
2. F’ Malta:
a) Ċentru Rġiel: “Vita Nuova”, Triq G.F. de Soldanis, Sta. Venera HMR 16 Tel. 21486112; Fax 21445254; E-mail: vitanuova@waldonet.net.mt
b) Ċentru Femminili: “Stellaelise”, Triq il-Ħuttaf, Kappara SĠN 06 Tel. 21385801; Fax 21384184; E-mail: focolaremt@waldonet.net.mt
IL-MOVIMENT FIL-FGURA
Il-Moviment tal-Fokolari wasal f’din il-Parroċċa madwar 25 sena ilu. Bdew il-laqgħat tal-Kelma tal-Ħajja u l-formazzjoni għall-ispiritwalità ta’ l-unità. Għal ċertu żmien dawn il-laqgħat ma baqgħux isiru hawnhekk imma fil-Fokolar - iċ-Ċentru tal-Moviment f’ Malta. Fil-parroċċa tagħna, bħalissa, hawn xi persuni li qegħdin jiskopru din il-kariżma. Għalhekk għal min jixtieq, qed isiru laqgħat fi gruppi żgħar, biex flimkien ngħixu l-ispiritwalità ta’ l-unità fi ħdan il-Moviment tal-Fokolari.
FIL-LAQGĦA:
Tinqara u titfisser is-silta mill-fuljett “Kelma tal-Ħajja”, imbagħad naraw kif nistgħu npoġġuha fil-prattika f’ħajjitna. Ġieli ssir xi riflessjoni oħra meħuda mill-kitbiet ta’ Chiara, bħala formazzjoni, dwar: ir-rieda t’Alla, il-mument preżenti, il-komunjoni, it-tbatija, il-kmandament ta’ l-imħabba, eċċ. Dawk preżenti, jekk jixtiequ, jaqsmu xi esperjenzi ta’ kif ikunu għexu s-silta tal-Kelma t’Alla ta’ qabel. Tingħata informazzjoni dwar x’attivitajiet qed isiru mill-Moviment f’Malta jew f’pajjiżi oħra. Naturalment isir użu ta’ meżżi moderni bħalma huma kant, videos, powerpoint presentations, eċċ. Fuq kollox il-laqgħa hi esperjenza ta’ dawl, kuraġġ, paċi u ferħ, frott tal-preżenza ta’ Ġesù f’nofsna li nkunu ppruvajna nibnu flimkien, kif wegħdna Ġesù: ”Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom”(Mat 18, 20).
Il-laqgħa ta’ siegħa/siegħa u nofs issir darba fix-xahar.
Il-KELMA TAL-ĦAJJA hi l-bażi tal-ħajja tal-Moviment. Dan il-fuljett ta’ kull xahar, ikun fih silta qasira mill-Bibbja, bi spjega u kumment fuqha, ġeneralment minn Chiara Lubich. Hija tipproponi kif wieħed jista’ jgħixha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hekk ħajjitna tiddawwal u tinbena bil-Kelma t’Alla.
MIN HU INTERESSAT JISTA' JIKKUNTATTJA LIL:
Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet