Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

GĦAQDIET

Grupp Kariżmatiku - Marija ta' Nażaret



It-Tiġdid Kariżmatiku huwa moviment ta' l-Ispirtu s-­Santu. Kien beda fl-Amerika fl-1966 meta studenti fl-Università ta' Duquesne f'Pittsburgh flimkien ma’ professuri bdew ifittxu li jtejbu l-ħajja nisranija tagħhom. Mill-qari ta' l-lskrittura, fehmu li l-Ispirtu s-Santu biss seta' jibdlilhom ħajjithom.

 

Dawn l-istudenti għamlu bħall-ewwel insara u bdew jitolbu kuljum "Ejja Spirtu s-Santu"; talbu lill-Ispirtu jidħol f'ħajjithom bl-istess qawwa bħal ma daħal fil-ħajja ta' l-Appostli dixxipli ta' Ġesù  f'nhar Pentekoste. Xi ftlt żmien wara dawn l-studenti għamlu irtir u flimkien studjaw bir-reqqa'  l-ewwel erba' kapitli ta' l-Atti ta' l-Appostli.  Hemm huma reġgħu esperjenzaw il-magħmudija fl-Ispirtu.  Mill-Amerika t-Tiġdid Kariżmatiku beda jinxtered f'pajjiżi oħra u ma' l-erba trufijiet tad-dinja. Tant hu hekk li wara ftit snin kellu jitwaqqaf uffiċċju internazzjonali biex jikko-ordina l-iżvilupp tat-Tiġdid.

 

Il-Papa Pawlu VI kien stqarr li dan “it-tiġdid spiritwaii huwa ‘ċans’ għall-Knisja u ghad­dinja”. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kompla fuq l-istess ħsieb tal-predeċessur tiegħu meta kien qed jiltaqa' mal-mexxejja tal-moviment fil-Vatikan.

 

It-Tiġdid Kariżmatiku f’Malta

F'Mejju, 1975, kien ġie Malta Brian Smith fuq stedina ta' Joe Aquilina wara arranġamenti li kienu saru ma' Mons . M. Gonzi u Sr. Ann Agius Ferrante. Kienet saret l-ewwel laqgħa fl-lstitut Kattoliku u għaliha attendew madwar mija u ħamsin ruħ. Brian Smith tkellem dwar l-esperjenza tieghu fit-Tigdid Karizmatiku. Fi tmiem il-laqgħa, xi wħud minn dawk li kienu preżenti bdew jitħaddtu dwar il-possibbiltà li f'Malta wkoll ikun hawn grupp tat-Tigdid Kariżmatiku. L-ewwel laqgħa ta' talb ta' din ix-xorta saret fil-Kunvent tal-Buon Pastur, Ħal-Balzan. Minn hemm it-Tiġdid baqa' jikber f'Malta u llum hawn madwar seba' u sittin grupp u komunitajiet madwar Malta .

It-Tiġdid Kariżmatiku fil-Fgura

Il-Grupp ta' Talb Kariżmatiku ‘Marija ta' Nażaret’ beda' jiltaqa' għall-ewwel darba fil-Fgura fis-sena 1977. Kien twaqqaf minn Sr Ann Agius Ferrante. Hija ffurmat grupp żgħir li bdew jiltaqgħu regolarment fid-dar tas-­Sorijiet, fi Triq Liedna biex jitolbu u jfaħħru lil Alla. Meta l-grupp kompla kiber, hija talbet lil Dun Ġużepp Sammut biex ikun id-direttur spiritwali tagħhom.

L-għan prinċipali tal-grupp ta' talb kariżmatiku huwa li jħeġġeġ lill-membri biex permezz tat-talb personali, jibnu relazzjoni ma' Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu fil-Knisja Kattolika. Nitħeġġu biex inħaddnu esperjenza personali ta' Pentekoste permezz tal-elementi ewlenin tat-Tiġdid Kariżmatiku, jigifieri li:

·          naċċettaw lil Ġesù bħala l-Mulej u Salvatur personali;

·          nitgħammdu fl-Ispirtu s-Santu;

·          nirċievu u nħaddmu d-doni kariżmatiċi; f'kuntest sagramentali Kattoliku ta' fidi, tama u mħabba;

·          nkunu xhieda ta' Ġesù Kristu permezz tax-xhieda personali u opri;

·          nikbru fil-frott tal-lspirtu;

·          niżviluppaw ħajja ta’ qdusija ta' ħniena u ġustizzja.

Il-karatteristika tat-Tiġdid Kariżmatiku hija talb ta' tifħir. għalhekk kull laqgħa ta' talb tibda bit-talb u kant ta' tifhir lil Alia. Ikollna wkoll talb ta' interċessjoni, talb għal-fejqan,  adorazzjoni, qari ta' l-iskrittura u tagħlim ieħor.

‘Seminars’ ‘Ħajja Ġdida fl-Ispirtu’ huma biex ngħidu hekk l-għodda prinċipali biex igħinnuna nidħlu f'din l-esperjenza ta' Pentekoste. Dawn is-seminars huma kors ta' seba’ ġimgħat fejn ġimgħa wara l-oħra il-membri jiġu ppreparati biex jirċievu l-magħmudija fl-Ispirtu, jew aħjar biex iġeddu l-magħmudija li rċevew meta kienu trabi.

Darba fis-sena sssir Konferenza Nazzjonali mit-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku li għaliha jattendu membri mill-gruppi ta' Malta kollha. Norganiżżaw ukoll xi attivitajiet ma' gruppi oħra fuq skala reliġjuża

Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet