Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

GĦAQDIET

IL-KOR FLOWER OF CARMEL

Il-Kor tat-Tfal, Flower of Carmel, ilu hafna jaghti servizz fil-Parrocca taghna taht id-direzzjoni ghaqlija tas-Sinjura Lilian Plumpton, omm ta’ familja b’hamest itfal.

Ghal dawn l-ahhar tletin sena, dan il-Kor kien responsabbli biex hafna tfal u zghazagh tghallmu jdoqqu u jkantaw u taw is-servizz taghhom fil-knisja. Ghal hafna snin, is-Sinjura Plumpton kienet meghjuna minn uliedha Simone, kantanta, u Ivan, li ghal hafna snin ghallem u ghadu jghallem il-kitarra klassika, billi huwa gradwat fiha. Huma ghallmu u hejjew it-tfal ghall-kant u ghad-daqq fil-knisja. Zewg persuni ohra, li ghenu bil-bosta biex ihejju t-tfal ghall-kant skond iz-zmien liturgiku kienu s-Sur Anthony Bilocca u s-Sur Carmelo Cilia li dejjem inkoraggew bir-rigali li kienu joffru lil dawn it-tfal. Xejn inqas ta’ ghajnuna kien iz-zaghzugh, Joseph Galea, li kien jaghti s-sehem tieghu bid-daqq fuq l-orgni.

Bhala formazzjoni, dawn it-tfal, fl-1984, bil-hidma tal-Kappillan ta’ dak Iz-zmien, P. Guido Micallef O.Carm., kienu gew migbura fit-Teenage Group. Huma bdew jaghmlu l-provi fil-MUSUEM il-qadim tal-bniet, quddiem il-kunvent tal-patrijiet, izda kif tlesta l-basement tal-knisja, nghataw kamra fejn setghu jaghmlu l-provi taghhom. Dan l-istess grupp, bl-ghajnuna tas-Sur Tony Zahra, organizza Quiz Inter-Parrokkjali ma’ Parrocci ohra Karmelitani u mal-parrocci ta’ madwar. Kien zmien ukoll meta ghal darbtejn wara xulxin, bl-ghajnuna tas-Sur Edward Cole, organizza kuncert f’Lejliet il-Milied b’kant u muzika mill-membri stess. Il-grupp kien jiehu sehem f’diversi attivitajiet religjuzi fil-knisja parrokkjali u fi Djar ta’ l-Anzjani.

F’dawn l-ahhar ghaxar snin, il-Kor tat-Tfal, nghata l-isem li ghandu llum, Flower of Carmel. Dan l-isem gie maghzul ghal Santa Tereza tal-Bambin Gesu’, biex hija tkun il-Patruna tal-Kor. L-ewwel grupp ta’ tfal saru guvintur u tfajliet u llum uhud minnhom diga’ stabbilew irwiehhom b’familja gdida. F’xi whud minnhom kiber ukoll it-talent tal-muzika. Hawnhekk ta’ min isemmi, fost l-ohrajn lil Vanessa Borg, li ghamlet zmien membru tal-Kor tal-kbar; lil Julie Zahra, li qed taghmel isem ukoll fuq it-televizjoni, lil Joseph Degabriele, Aldo Consiglio, Tony Camilleri u lil Jason Cassar, illum kompositur, Rita Mizzi, Michelle Gauci, Lucienne Vella, Sandro Mizzi, Gertrude Borg u ohrajn. Flimkien ma’ dawn iz-zghazagh, kien hemm l-ghajnuna kontinwa tal-genituri ta’ dawn it-tfal li ghenu hafna biex uliedhom taw servizz tajjeb fil-knisja.

Illum il-Kor Flower of Carmel idoqq regolarment kull nhar ta’ Sibt tat-8.30 am u kull nhar ta’ Hadd fil-Quddiesa ta’ l-10.00 am. Il-Kor jiltaqa’ ghall-provi kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Sibt. Huwa jaghti servizz waqt l-Ewwel Tqarbina tat-Tfal u f’hafna mill-attivitajiet li jsiru mill-parrocca matul is-sena. Barra minn hekk, huma jaghtu wkoll servizz f’San Vincenz de Paule, kull darba li jigu mitluba u jkantaw f’xi Djar u Istituti tat-tfal u ta’ l-anzjani. Huma jkantaw ukoll waqt il-Quddies taz-Zwieg meta jigu mitluba.

Il-Kor huma maghmul principalment minn tfal bniet. Dawk li jixtiequ jinkitbu jistghu jikkuntattjaw lid-direttrici tal-Kor, is-Sinjura Lilian Plumpton.

Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet