Il-Ħidma u l-istorja tal-Kummissjoni
Qabel it-twaqqif ta’ din il-Kummissjoni, fil-Fgura kien hawn numru sabiħ ta’ dilettanti li kienu jarmaw it-toroq tagħhom fuq bażi separata. Il-parroċċa kienet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l-inħawi tal-knisja u t-triq prinċipali. Kienet ukoll taħseb għall-Banda l-Ħadd filgħaxija u tagħmel xi nar ta’ l-ajru u ta’ l-art.
L-ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil-5 ta’ Marzu 1993. F’ għeluq il-ħames snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni ġiet imżanżna l-arma tal-Kummissjoni. Għall-festa ta’ l-1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil-purċissjoni nhar il-festa.
Il-Kummissjoni tiltaqa’ regolarment kull xahar u tagħmel bosta attivitajiet biex tiġbor il-fondi meħtieġa biex issir il-festa, isir restawr ta’ armar eżistenti u jiġi ppjanat armar ġdid li jbiddel armar qadim jew jimla’ aħjar fejn l-armar ma jkunx komplut. Il-Kummissjoni hija komposta
Fil-laqgħa il-Kummissjoni tiddiskuti kemm dwar il-ħtiġijiet li jkun hemm bżonn fl- armar u kemm fuq kif ser jinġabru l-fondi meħtieġa kemm biex issir festa u kemm biex isir restawr ta’ armar jew pjanijiet oħra.
Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tippubblika materjal informattiv għal okkażjonijiet diversi. Nistgħu nsemmu il-fuljett tal-wirja tal-Ġimgha l-Kbira.
Bħalma wieħed jista’ jara, il-Kummissjoni hija waħda impenjattiva tul is-sena kollha. Hu ta’ sodisfazzjon għalina li naraw aktar entużjażmu għal festa. B’ hekk iż-żgħazagħ jkomplu jaħdmu bis-sħiħ biex ikompli jkollna festa kif jixraq lil padruna tagħna. Ta’ min jgħid li l-festa mhix ġimgħa biss bil-banda, murtali, bnadar u armar. Il-festa hi s-sena kollha ħsibijiet u mpenn għal dawn iż- żgħażagħ, li jaħdmu is-sena kollha jippreparaw għal festa, li tkun ġejja min sena għal sena.
L-attivitajiet
Matul is-sena isiru bosta attivitajiet fosthom Dinner Dance tal-Milied, Tqassim tar-rigali min Father Christmas, Tournament tal-futbol, Wine and Pizza, Tombli, BBQ kbir fis-sajf, kif ukoll il-party għat-tfal fi żmien il-karnival. Tieħu ħsieb ukoll torganiżża wirjiet matul is-sena, dik ta’ l-artiġjanat, kif ukoll żewġ wirjiet għal Ġimgħa l-Kbira waħda fil-maħżen ta’ l-armar u l-oħra fil-kunvent tad-Dumnikani l-Birgu. Din is-sena organiżżat wirja speċjali fl-okkażjoni ta l-erbgħin sena min mindu l-Fgura saret parroċċa u sittin sena
Toroq li tieħu ħsieb tarma il-Kummissjoni Festa Esterna
Fil-Jiem tal-festa titulari tal-parroċċa tagħna il-Kummissjoni tieħu ħsieb tixgħel diversi toroq madwar il-Fgura. Bla dubju il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tarma toroq bil-pavaljuni u bandalori. Fost dawn it-toroq nistgħu nsemmu Triq Hompesh, Triq Zabbar, Triq il-Karmelitani, Triq Gorg Stevens, Triq il-Kampanella, Triq Liedna, Triq Sant Antnin,Triq il-Kitba, Triq Kent, Triq Karmnu u Triq Mater Boni Consilii. Il-Pjazzez li jiġu mżejna bil-bandalori huma Pjazza Reggie Miller, Pjazza Ġorġ Stevens u Pjazza Redent Gauci.
L-armar principali
Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tarma kolonni, statwi, trofej, zoklaturi u pilandri. Fost dawn nsemmu erbgħa bandalori fuq iz-zuntier tal-knisja li jirrapreżentaw lil San Gwakkin, Sant’Anna, Esther u David. Dawn l-erbgħa bandalori huma wkoll kompluti biz-zoklaturi. Fuq iz-zuntier tintrama wkoll statwa tal-Madonna tal- Karmnu tat-tfal kompluta bil-kolonna, żewġ pilandri u pavaljun fl-isfond tagħha. Din l-istatwa tintrefa mit-tfal tal-parroċċa fil-jum tal-ħruġ tal-vara min-nicca.
Mal-ġenb tal-bieb tal-knisja jintramaw żewġ statwi kompluti bil-kolonna, waħda tirrapreżenta lil San Gwakkin u l-oħra lil Sant’Anna. Mal-ġnub tal-grada tal-knisja jintramaw żewġ anġli bil-pilandri. Fit-Triq prinċipali tal-knisja jintramaw sett ta’ tmien trofej kompluti bil-bandalori bil-pitturi ta’ qaddisin Karmelitani. Faċċatta tal- knisja wieħed isib kolonna artistika bl-istatwa ta’ San Elija Profeta.
Fir-roundabout kif taqbad Triq Hompesh tintrama kolonna bl-istatwa ta’ Malta Rebbieħa. Filwaqt li fejn il-monument tas-salib tintrama kolonna bl-istatwa tal- Madonna tal-Karmnu kompluta b’ erba’ pilandri. Din l-istatwa titla fil-marċ tal- Ġimgħa filgħaxija fost ċapċip u briju miż-żgħażagħ.
Il- Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tarma l-faccata tal-Knisja l-Qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani. Mal-ġnub tagħha jintramaw erbgħa arbli bil-bandalori.L-armar tal-briju tal-Kummissjoni Festa Esterna
Progett 2003: Għal okkazjoni ta’ l-għaxar snin anniversarju il-Kummissjoni Festa Esterna ħadet ħsieb tagħmel xi ħaġa għal armar tal-briju, u dan kien kanun jispara l-karti, waqt il-marċi. Dan il-kanun hu mdawwar b’pavaljun. Għamlet ukoll żewġ bnadar tal-marċ waħda bl-arma tal-Kummissjoni Festa Esterna u l- oħra bl-arma tal-Karmelitani.
Progett 2004:
Wara s-suċċess kbir li kelna fil-progett 2003, issa anke fl-armar tal-briju, il-Kummissjoni Festa Esterna ħadet ħsieb ukoll tagħmel xi ħaġa differenti għas-sena 2004. Din is-sorpriza kienet tikkonsisti f’bandalora kbira artistika li kienet imfaħħra nmin diversi delettanti
Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet
Agħfas hawn biex tmur fil-Website tal Kummissjoni