Pathway huwa grupp ta’ adolexxenti bejn it-12 u l-15–il sena li beda jiltaqa’ nhar it-13 ta’ Ġunju 2008. Illum dan il-grupp jgħodd madwar 35 li jiltaqgħu kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-7:00pm u t-8:30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali taħt it-tmexxija tas-Sinjura Georgina Linwood bl-għajnuna ta’ Louis Cutajar, u Alvin Vassallo. L-isem tal-grupp ifisser l-għan tiegħu; li wieħed juri t-triq u jimxi fiha: mixja ta’ fidi, tama u mħabba.
Waqt il-laqgħat l-adolexxenti jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu flimkien, jitkellmu, jilgħabu fuq kollox jieħdu formazzjoni. Minbarra l-laqgħat isiru wkoll attivitajiet bħal ħarġiet kulturali, ġranet flimkien f’dar ta’ l-irtiri kif ukoll seminars.
Isiru wkoll laqgħat oħra fejn il-membri tal-grupp jitgħallmu crafts bħal custom jewellery, xogħol bil-parċimina, tisjir ta’ ħelu tradizzjonali u ħwejjeġ oħra.
Fil-laqgħat ta’ formazzjoni l-membri jiġu mgħejjuna jifhmu t-tibdil li qiegħed isir fihom f’kull sens f’din l-etaÏ tagħhom; il-bidla mit-tfulija għaż-żgħożija, l-iżvilupp fiżiku u soċjali. Hu żmien li fih jiskopru ferħ, biżgħat, diżappunti. Il-laqgħat għandhom l-għan li juru lil dawn l-adolexxenti kif dan it-tibdil li għaddejjin minnu jindirizzawh lejn Ġesù biex jikbru bħala persuni sħaħ. Huma jitgħallmu jiskopru lilhom infushom u xi jrid Alla minnhom.
Barra minn dan ngħinu lil dawn l-adolexxenti jiskopru aktar il-valur tat-twemmin tagħna, l-importanza tal-liturġija, il-ħtieġa tat-talb, il-familjaritaÏ mal-Kelma ta’ Alla permezz ta’ Lectio Divina u anki familjarità mal-kariżma Karmelitana.
Peress li din hija ħidma li titlob impenn u dedikazzjoni kbira, darba fix-xahar issir adorazzjoni b’talb għal din il-ħidma pastorali, għax din il-ħidma ma tistax issir mingħajr l-għajnuna u l-qawwa ta’ Alla.
Nistiednu lil dawk li huma interessati jingħaqdu ma’ dan il-grupp sabiex ma joqgħodux lura. Tistgħu tkellmu lill-Kappillan jew lil Georgina Linwood