Fis-sajf aħna niltaqaw darbtejn fix-xahar, il-waħda issir kull tieni Ħamis tax-xahar fis-7.00 pm u jkun hemm ripetizzjoni tagħha l-għada l-Ġimgħa fid-9.00am. Fix-xitwa il-ħinijiet ikunu il-Ġimgħa fid-9.00 am u fil-5.30pm.
Imbagħad issir laqgħa oħra fix-xahar li fiha ssir il-Lectio Divina. Ġesù jgħidilna "Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix iżda b'kull kelma li toħroġ
Il-laqgħa tibda b'talb ta' sbieħ il-jum meta l-laqgħa ssir filgħodu jew inkella bl-għasar meta ssir filgħaxija, imbgħad jingħad talb meħud mill-ktieb tar-Regola u wara ssir esposizzjoni ta' xi qari mill-Vanġelu b'applikazzjoni għal-ħajja tagħna ta' kuljum. B'hekk, kif diġa għedna, inkunu qegħdin nippruvaw inneħħu dik il-firda li forsi teżisti bejn Vanġelu u ħajja, jiġifieri bejn dak li aħna nemmnu u dak li aħna nipprattikaw. Mhux biżżejjed li nkunu nafu ngħidu dak li hu tajjeb iżda meħtieġ ukoll li nagħmlu dak li hu tajjeb. Wara l-esposizzjoni min ikun irid jagħmel xi mistoqsijiet huwa liberu li jagħmilhom.
L-għaqda tagħna torganizza 3 irtiri matul is-sena, li huma fir-Randan, f’nofs is-sena u ieħor fl-Avvent. Nagħmlu wkoll ħarġa ta' kull xahar għal xi knisja differenti u wara jkollna it-tè. F'Novembru jkollna l-eżerċizzi mqassma fuq 3 t’ijem. Hemm delegata għall-morda li hi membru mill-istess kunsill tat-Terzjarji li żżurhom kemm f’darhom stess u anke fi-isptarijiet jew fil-homes li jkunu fihom. Hemm ukoll delegata għall-missjoni li għandna fil- Bolivja, din, ix-xogħol tagħha huwa li tiġbor telecards u bolol użati, u hawnhekk nieħu l-opportunita biex min ikollu xi bolol użati jgħaddihomlna.
It-Terz Ordni Karmelitan Sekular hu iċċentrat fuq Ġesù Kristu li warajh nimxu w nfittxu li naqdu. Il-valur ċentrali tal-Kariżma Karmelitana huwa l-kontemplazzjoni mifhuma bħala relazzjoni intima m'Alla f’Ġesù Kristu li tfur f’hajja ta' talb u ta' aħwa, li fiha nfittxu li naqdu lill-proxxmu tagħna skond it-talenti u s-sejħa tagħna. Il-kontemplazzjoni hi għal kulħadd, fis-sens li kulħadd hu imsejjaħ biex ikun ħabib mil qrib t'Alla u din il-ħbiberija ma' Alla tħalli effetti kbar fil-ħajja ta' kuljum. Ma nistawx inħobbu lil Alia li ma narawx, jekk ma nħobbux lill-proxxmu tagħna li naraw. Ghalhekk it-Terzjarji Karmelitani juru mħabbithom lejn Alla b'kull tip ta' servizz lejn il-proxxmu tagħhom u jwettqu kull tentattiv serju li jgħixu f’armonija sħiħa ma’ ħuthom.
Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet